Monthly Archive for July, 2010

eTwinning Animation by the British Council

PREMJIJIET TAL-ELEARNING 2010: L-GĦALLIEMA JIKKOMPETU GĦALL-AQWA UŻU TAL-ICT FL-ISKOLA

Brussell, 30 ta’ Ġunju 2010Tnediet l-għaxar edizzjoni tal-Premjijiet tal-eLearning!

Niċċelebraw 10 snin ta’ eċċellenza

Għall-għaxar sena konsekuttiva, l-Għoti talPremjijet tal-kompetizzjoni tal-eLearning qed jiġi organizzat minn European Schoolnet u appoġġjat minn imsieħba ewlenin fl-industrija.
Sa mill-ewwel edizzjoni fl-2001, żdied l-interess minn madwar l-Ewropa kollha b’mod tremend u eluf ta’ għalliema mill-Ewropa u lil hinn ipparteċipaw fil-kompetizzjoni hekk kif urew l-aqwa użu ta’ teknoloġiji ġodda u ideat innovattivi fl-edukazzjoni u ispiraw lil oħrajn fl-użu tal-ICT.

Għaxar snin wara t-tnedija tagħhom, il-Premjijiet tal-eLearning jibqgħu l-kompetizzjoni ewlenija tal-Ewropa li tippremja l-eċċellenza għall-aqwa użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni. Fl-2009, 700 għalliema minn 36 pajjiż issottomettew ix-xogħol tagħhom, u l-kompetizzjoni kienet appoġġjata minn ACER, Promethean, eInstruction, Elluminate, Intel, SMART, Young Digital Planet, Cisco u Microsoft.

Biex tiċċelebra l-10 anniversarju tal-Premjijiet tal-eLearning Awards, European qed tistieden lill-iskejjel u lill-istituzzjonijiet li jħarrġu lill-għalliema mill-Ewropa u lil hinn sabiex jieħdu sehem u jirreġistraw fuq http://elearningawards.eun.org, u jippreżentaw l-aqwa proġetti tagħhom li jużaw l-ICT għat-tagħlim.

Barra minn hekk, wara tnedija b’suċċess fl-2009, l-edizzjoni tal-2010 għal darba oħra se tkun miftuħa għal kompetituri internazzjonali minn pajjiżi barra l-Ewropa permezz tal-kategorija “Kooperazzjoni internazzjonali”. U se titnieda kategorija ġdida: il-Premjijiet Aspect, Premjijiet li għandhom l-għan li jippremjaw il-viżibbiltà u l-użabbiltà tar-riżorsi għat-tagħlim f’ripożitorji għar-riżorsi għat-tagħlim lokali, reġjonali jew nazzjonali.
Ir-rebbieħa għal kull kategorija, magħżula minn ġurija ta’ esperti internazzjonali, jirbħu eluf ta’ Ewro fi premjijiet fi flus u tagħmir tal-ICT għall-klassi.

Karatteristika ġdida se tkun din: l-aqwa 50 sottomissjoni se jiġu inklużi fil-librerija ta’ Skambju ta’ Riżorsi għat-Tagħlim (http://lreforschools.eun.org), sabiex tingħata aktar viżibbiltà lill-prattiki innovattivi tal-għalliema u tħeġġeġ oħrajn jagħmlu l-istess.
Ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet

Iċ-ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet, segwita minn ċena gala, se ssir f’Kopenħagen f’Novembru 2010, matul il-Konferenza EMINENT 2010. Il-Konferenza EMINENT hija konferenza annwali li tipprovdi opportunità unika għar-rappreżentanti minn ministeri tal-edukazzjoni Ewropej, kumpaniji globali u partijiet interessati ewlenin fl-edukazzjoni sabiex jiltaqgħu u jiddiskutu l-aħħar xejriet u kwistjonijiet fl-edukazzjoni fl-Ewropa.
Ir-rebbieħa tal-premjijiet se jingħataw vjaġġ lejn Kopenħagen sabiex jattendu għaċ-ċerimonja.

Kif tieħu sehem

Id-dħul jista’ jiġi sottomess online minn skejjel jew minn istituzzjonijiet għat-taħriġ tal-għalliema fi Stati Membri tal-UE, pajjiżi taż-ŻEE u pajjiżi applikanti tal-UE kif ukoll il-Ġeorġja, Iżrael u l-Isvizzera għall-kategoriji kollha. Għall-kategorija “Kooperazzjoni internazzjonali”, jistgħu jieħdu sehem il-pajjiżi kollha (ara r-regoli tal-Premjijiet tal-e Learning 2010).

Fuq il-websajt tal-Premjijiet tal-eLearning se jkun gallerija li se turi l-kontribuzzjonijiet li se jiġu ġġudikati minn grupp ta’ esperti. Id-dħul jista’ jsir mill-4 ta’ Ġunju 2010 sat-28 ta’ Settembru 2010 direttament permezz tal-websajt:
http://elearningawards.eun.org.

Lista sħiħa tal-kategoriji se tiġi ppubblikata dalwaqt. Ara l-kategoriji tal-Premjijiet tal-e Learning:
http://www.elearningawards.eun.org/ww/en/pub/elearningawards/categories.htm

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Paul Gerhard
Uffiċjal għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni
paul.gerhard@eun.org 
+32 (0)2 7907560

European Schoolnet

European Schoolnet (EUN) huwa konsorzju uniku bla skop ta’ lukru ta’ 31 Ministeru tal-Edukazzjoni fl-Ewropa maħluq fl-1997. EUN jipprovdi portali edukattivi Ewropej ewlenin għat-tagħlim u l-kollaborazzjoni u jmexxi t-triq lejn il-bidla fl-edukazzjoni skolastika permezz tal-użu ta’ teknoloġija ġdida (ara www.eun.org).